Ippublikata l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu
11 NOVEMBER 2026:Għal ħafna nies, iċ-ċikliżmu għadu mhux għażla prattika jew komda, partikolarment minħabba t-tħassib dwar is-sigurtà fit-toroq u n-nuqqas ta infrastruttura għaċ-ċikliżmu li tkun kontinwa u konnessa. Irridu nirrikonoxxu dawn ir-realtajiet jekk verament irridu nagħmlu ċ-ċikliżmu alternattiva vijabbli bħala mezz ta trasport.
Iċ-ċikliżmu għandu rwol importanti xjaqdi fil-futur tat-trasport fMalta. Filwaqt li nibnu fuq l-għarfien dejjem jikber dwar il-benefiċċji ambjentali u għas-saħħa tiegħu, l-attenzjoni tagħna għandha tkun fuq il-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajba li jippermettu lil aktar nies iqisu ċ-ċikliżmu bħala mezz ta trasport sigur, prattiku u aċċessibbli.
Matul dawn l-aħħar snin, investejna fl-infrastruttura għaċ-ċikliżmu permezz ta proġetti ewlenin fit-toroq, daħħalna inċentivi għax-xiri ta roti u roti elettriċi bil-pedali (pedelecs), u appoġġjajna inizjattivi li għandhom l-għan li jippromwovu l-mobbiltà attiva. Dawn huma passi importanti l quddiem.
Madankollu, nagħrfu li korsiji għaċ-ċikliżmu iżolati mhux bilfors jipprovdu l-konnessjonijiet kontinwi u sikuri li n-nies jeħtieġu. Nagħrfu wkoll li l-kundizzjonijiet partikolari tat-toroq fMalta jeħtieġu soluzzjonijiet prattiċi u ppjanati bir-reqqa, aktar milli approċċ wieħed li japplika għal kull sitwazzjoni.
L-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 20262036 tistabbilixxi d-direzzjoni biex nindirizzaw dawn l-isfidi matul l-għaxar snin li ġejjin. Fil-qalba ta din l-Istrateġija hemm l-iżvilupp ta Netwerk Nazzjonali ta Rotot għaċ-Ċikliżmu, sostnut minn faċilitajiet imtejba għaċ-ċiklisti, miżuri xierqa ta sikurezza, infurzar aktar bsaħħtu u aktar għarfien fost il-pubbliku.
Filwaqt li nirrikonoxxu l-limitazzjonijiet tan-netwerk tat-toroq tagħna, l-approċċ tagħna se jkun ibbażat fuq interventi prattiċi u mfassla skont il-kuntest partikolari ta kull sitwazzjoni, bil-għan li ċ-ċikliżmu jsir aktar sigur u aċċessibbli kull fejn dan ikun fattibbli.
L-għan tagħna huwa li noffru lin-nies aktar għażliet ta trasport, u bhekk nagħmlu ċ-ċikliżmu għażla realistika u attraenti, partikolarment għal vjaġġi qosra.
Sabiex nilħqu din il-mira, se jkunu meħtieġa investiment sostnut, ippjanar bir-reqqa u kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Gvern, il-Kunsilli Lokali, in-negozji, l-NGOs u kull min hu interessat mill-komunità inġenerali. Fuq kollox, se jkun meħtieġ impenn kondiviż biex intejbu s-sikurezza fit-toroq u nrawmu rispett akbar bejn l-utenti kollha tat-triq.
Permezz ta din l-Istrateġija, qed nagħmlu pass meqjus iżda determinat lejn sistema tat-trasport li toffri aktar għażliet, tappoġġja komunitajiet aktar fsaħħithom u tikkontribwixxi għal Malta u Għawdex aktar sostenibbli.
Tista' taċċessa din l-istrateġija minn din il-ħolqa.


