Skip to main content

Ir-Reġistru tal-Bastimenti Malti jniedi l-Ktieb tal-Baħar f’format diġitali

13 OCTOBER 2026:

Ir-Reġistru tal-Bastimenti Malti nieda l-Ktieb tal-Baħar f’format diġitali, pass importanti ieħor fiddiġitalizzazzjoni kontinwa tas-servizzi pprovduti mid-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan lAwtorità għat-Trasport f’Malta.

Il-Ktieb tal-Baħar huwa dokument uffiċjali rikonoxxut fl-industrija bħala rekord uffiċjali tas-servizz li baħħar, fi kwalunkwe grad, jagħmel matul il-karriera tiegħu.

Is-servizz il-ġdid jissostitwixxi l-Ktieb tal-Baħar Malti f’format fiżiku bi kredenzjali diġitali sigura, li lbaħħar jista’ jaċċessa direttament permezz ta’ kartiera diġitali personali. Din l-inizjattiva ġiet żviluppata mid-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili flimkien ma’ esperti tekniċi li jispeċjalizzaw f’dokumentazzjoni diġitali sigura.

Il-Ministru għall-Mobbiltà Sostenibbli Chris Bonett, laqa’ t-tnedija u nnota li din l-inizjattiva tifforma parti mill-investiment kontinwu tal-Gvern fil-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni marittima ta’ Malta u fit-titjib tas-servizzi disponibbli għall-komunità marittima internazzjonali.

“Malta kisbet il-pożizzjoni tagħha bħala ġurisdizzjoni marittima ewlenija billi kompliet tevolvi skont il-ħtiġijiet tal-industrija. Id-diġitalizzazzjoni hija parti importanti minn din l-evoluzzjoni. Permezz ta’ inizjattivi bħall-Ktieb tal-Baħar diġitali, qed nagħmlu s-servizzi essenzjali aktar aċċessibbli, effiċjenti u siguri għall-persuni li jiddependu minnhom, ikunu fejn ikunu fid-dinja,” stqarr il-Ministru Bonett.

L-introduzzjoni tal-Ktieb tal-Baħar diġitali tkompli tibni fuq għadd ta’ inizjattivi ta’ diġitalizzazzjoni li r-Reġistru tal-Bastimenti Malti wettaq f’dawn l-aħħar snin. Dawn jinkludu l-introduzzjoni ta’ ċertifikati elettroniċi tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera Maltija, kif ukoll l-iżvilupp kontinwu ta’ servizzi diġitali għall-baħħara u għall-klijenti tar-Reġistru.

Dan il-pass huwa partikolarment sinifikanti għall-baħħara, li x-xogħol tagħhom huwa fin-natura tiegħu internazzjonali. Ladarba jinħareġ, il-Ktieb tal-Baħar diġitali jkun disponibbli direttament għall-baħħar permezz ta’ kartiera diġitali. B’hekk, il-baħħar ikollu aċċess immedjat għalih, mingħajr id-dewmien u r-riskji marbuta mat-twassil ta’ dokumenti fiżiċi bil-posta lill-baħħara li jkunu qed jaħdmu jew jivvjaġġaw barra minn Malta.

Is-soluzzjoni diġitali tippermetti lill-baħħara jdaħħlu d-dettalji tas-servizz tagħhom fuq il-baħar u jibagħtuhom għall-awtentikazzjoni mill-kaptan jew minn uffiċjali awtorizzati oħra, kif applikabbli. Ir-Reġistratur Ġenerali tal-Bastimenti u l-Baħħara, Dr Ivan Tabone, qal li din l-inizjattiva tirrappreżenta pass ieħor fil-programm usa’ ta’ modernizzazzjoni tar-Reġistru.

“Ir-Reġistru tal-Bastimenti Malti jaqdi industrija internazzjonali, u s-servizzi tagħna għandhom jirriflettu din ir-realtà. Baħħar m’għandux għalfejn jiddependi fuq it-twassil fiżiku ta’ dokument professjonali importanti waqt li jkun qed jiċċaqlaq bejn bastimenti, portijiet u pajjiżi. Il-Ktieb talBaħar diġitali jagħti lill-individwu aċċess sigur u dirett għal dan id-dokument u jipprovdi mezz aktar prattiku biex iżomm u jawtentika r-rekords tas-servizz tiegħu fuq il-baħar,” tenna Dr Tabone.

Is-soluzzjoni tipprovdi lil kull baħħar b’kartiera diġitali personali wara li tiġi vverifikata l-identità tiegħu, u tinkorpora kredenzjali diġitali siguri. L-infrastruttura ta’ appoġġ u s-servizz ġew iddisinjati abbażi tal-istandards internazzjonali rilevanti fil-qasam marittimu u fis-sigurtà tal-informazzjoni.

L-applikazzjonijiet se jibqgħu jsiru onlajn permezz tal-Portal tal-Baħħara tad-Direttorat talBastimenti Merkantili. Il-baħħara li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu ġew ipproċessati b’suċċess jiġu nnotifikati biex jirreġistraw għall-kartiera diġitali tagħhom u jaċċessaw il-Ktieb tal-Baħar diġitali tagħhom permezz tagħha.

Il-Ktieb tal-Baħar diġitali huwa disponibbli għall-baħħara li jaħdmu, jew li jkunu se jibdew jaħdmu, fuq bastimenti kummerċjali rreġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili ta’ Malta, kif ukoll għaċ-ċittadini Maltin u għad-detenturi ta’ Ċertifikati ta’ Kompetenza Maltin.

Din l-inizjattiva tifforma parti mill-programm kontinwu tar-Reġistru tal-Bastimenti Malti biex jimmodernizza s-servizzi tiegħu, inaqqas id-dipendenza fuq proċessi bbażati fuq il-karta u jipprovdi servizzi diġitali siguri u aċċessibbli lil komunità marittima globali.
 

----

The Malta Ship Registry launches the Seaman’s Record Book in digital format

The Malta Ship Registry has launched the Digital Seaman’s Record Book, marking another important step in the ongoing digitalisation of services provided by the Merchant Shipping Directorate within the Authority for Transport in Malta.

The Seaman’s Record Book is an official document recognised within the industry as a formal record of the service undertaken by a seafarer, regardless of rank, throughout his career.

The new service replaces the physical Maltese Seaman’s Record Book with a secure digital credential, which the seafarer can access directly through a personal digital wallet. The initiative has been developed by the Merchant Shipping Directorate in conjunction with technical experts specialising in secure digital documentation.

Minister for Sustainable Mobility Chris Bonett, welcomed the launch, noting that the initiative forms part of Government’s continued investment in modernising Malta’s maritime administration and improving the services available to the international maritime community.

“Malta has built its position as a leading maritime jurisdiction by continuing to evolve with the needs of the industry. Digitalisation is an important part of that evolution. Through initiatives such as the Digital Seaman’s Record Book, we are making essential services more accessible, efficient and secure for the people who depend on them, wherever in the world they may be,” said Minister Bonett.

The introduction of the Digital Seaman’s Record Book builds on a number of digitalisation initiatives undertaken by the Malta Ship Registry in recent years. These include the introduction of electronic registration certificates for Malta-flagged vessels, as well as the continued development of digital services for seafarers and Registry clients.

This step is particularly significant for seafarers, whose work is inherently international. Once issued, the Digital Seaman’s Record Book is made available directly to the seafarer through a digital wallet. This provides immediate access without the delays and risks associated with sending physical documents by post to seafarers working or travelling outside Malta.

The digital solution also enables seafarers to enter details of their sea service and submit them for authentication by the Master or other authorised officials, as applicable.

The Registrar General of Shipping and Seamen, Dr Ivan Tabone, said that the initiative represents a further step in the Registry’s wider programme of modernisation.

“The Malta Ship Registry serves an international industry, and our services must reflect that reality. A seafarer should not have to depend on the physical delivery of an important professional document while moving between vessels, ports and countries. The Digital Seaman’s Record Book gives the individual secure and direct access to that document and provides a more practical means of maintaining and authenticating their sea-service records,” reiterated Dr Tabone.

The solution provides each seafarer with a personal digital wallet following identity verification and incorporates secure digital credentials. The supporting infrastructure and service have been designed around relevant international maritime and information-security standards. Applications will continue to be submitted online through the Merchant Shipping Directorate’s Seafarer Portal. Seafarers whose applications have been successfully processed will be notified to register for their digital wallet and access their Digital Seaman’s Record Book through it.

The Digital Seaman’s Record Book is available to seafarers engaged, or due to be engaged, on commercial vessels registered under Malta’s Merchant Shipping Act, as well as Maltese nationals and holders of Maltese Certificates of Competency.

The initiative forms part of the Malta Ship Registry’s continuing programme to modernise its services, reduce reliance on paper-based processes and provide secure, accessible digital services to a global maritime community.

Share this article