Malta l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li ta permess biex jiġi sparat logħob tan-nar minn fuq drones.
1 MAY 2025:Malta, permezz tad-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li ta awtorizzazzjoni biex jiġi mtella logħob tan-nar minn fuq drones.
Dan kien rifless fpajjiżna waqt l-għeluq tal-Festival Internazzjonali tan-Nar fil-Port il-Kbir li matul l-imsemmi spettaklu pirotekniku ra s-sehem ta 550 drone.
Pyroemotions, il-kumpanija piroteknika li tagħmel dawn it-tip ta spettakli pirotekniċi fl-Ewropa hija rreġistrata fMalta u ftit tax-xhur ilu tellgħet avvenimenti ta din l-għamla fAosta fl-Italja; Burgio fi Sqallija u mistennija oħrajn fl-Italja u l-Montengro għaż-żmien li ġej.
L-Awtorità għat-Trasport tirringrazzja lil Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Għaqda Piroteknika ta' Malta u l-entitajiet kollha konċernati tal-kollaborazzjoni sħiħa biex seta jsir dan l-ispettaklu bid-drones fpajjiżna għal ewwel darba.
Id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta, bħala membru sħiħ tal-Aġenzija għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) ser tkompli tikkollabora mal-Aġenzija biex jiġu ntrodotti kunċetti ġodda kemm dawk marbutin ma swarm drones kif ukoll drones li minnhom jista jiġi sparar ta' nar tal-ajru.