Skip to main content

Stqarrija konġunta bejn Transport Malta u SportMalta

Press Release 19 FEBRUARY 2022: Ftehim bejn l-entitaijiet kollha fuq il-Maratona

Stqarrija konġunta bejn Transport Malta u SportMalta

Ftehim bejn l-entitaijiet kollha fuq il-Maratona

Fil-laqgħa tat-Traffic Management Committee li nżammet nhar il-Ħamis 17 ta’ Frar 2022 ġewwa l-Awtorita’ tat-Trasport kien hemm diskussjoni sħiħa fuq ir-rotta tal-Maratona. Din ikkunsidrat kemm il-proposta mis-Sur Joe Micallef u anke r-rotta emendata proposta minn Transport Malta.

Il-membri iddiskutew il-proposti tar-rotot u qablu unanimament li r-rotta proposta minn Transport Malta kienet sigura, toħloq l-inqas inkonvenjent, ma tħarbatx it-trasport pubbliku u hija aċċettabbli għall-atleti.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti il-Pulizija, l-Emerġenza ta’ Mater Dei, l-Awtorità tat-Turiżmu, rappreżentanti tal-Malta Chamber for SMEs, rappreżentanti mill-Business Community tal-inħawi ta’ San Ġiljan u tas-Sliema, il-LESA, Uffiċjali tat-Trasport Pubbliku, Protezzjoni Ċivili, Kummissjoni għad-drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’, Infrastructure Malta u minn direttorati differenti mill-Awtorita’ tat-Trasport.

Ilbieraħ is-Sur Micallef aċċetta li jkun parti mit-tim organizattiv u li s-servizzi li diġà ordna jkunu jistgħu jintużaw għall-attività.

Share this article