Linji Gwida - Trasferiment ta' Proprjeta'

English Version

LINJI GWIDA DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA’ TRASFERIMENT TA’ PROPRJETÀ TA’ PLEASURE YACHTS JEW BASTIMENTI TAS-SAJD REĠISTRATI TAĦT L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI (REĠISTRAZZJONI VALLETTA), REĠISTRATI F’ISEM INDIVIDWI LI QED JIĠU TRASFERITI LIL TERZI ELIĠIBBLI GĦAR-REĠISTRAZZJONI

  • Iċċekja li l-ħlasijiet ta’ kull sena (kemm dawk dwar ir-reġistrazzjoni tal-bastiment kif ukoll ta’ liċenzjar tal-apparat tar-radju (fejn japplika)) huma mħallsa kif suppost. Ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment tal-bastiment ma tistax isseħħ qabel ma l-ammont dovut jitħallas.
  • Iċċekkja jekk ma hemmx xi ipoteka navali jew xi piżijiet oħra reġistrati fir-reġistru tal-yacht/bastiment tas-sajd. Dan jista’ jiġi vverifikat permezz ta’ spezzjoni tar-reġistru tal-bastiment partikolari fid-Direttorat tal-Merchant Shipping ġewwa Transport Malta, fil-Marsa.
  • Fil-każ ta’ bastiment tas-sajd, Liċenzja tas-Sajd f’isem ix-xerrej/min qiegħed jakkwista jew ittra maħruġa mid-Dipartiment tas-Sajd ta’ Malta tikkonferma li x-xerrej ser tinħariġlu Liċenzja tas-Sajd għandha tiġi ppreżentata qabel ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment.
  • Il-Formola Bill of Sale f’forma Individwali jew Body Corporate għandha tiġi ppreżentata. Huwa importanti li l-formola tal-Bill of Sale tkun kollha mimlija kif suppost, iffirmata mill-bejjiegħ/min qiegħed jittrasferixxi, fil-preżenza ta’ xhud kif mitlub mill-formola. F’dawk il-każijiet fejn l-bejjiegħ/min qiegħed jittrasferixxi huwa miżżewweġ jew f’Unjoni Ċivili, l-Bill of Sale għandu jiġi ffirmat ukoll mill- konjuġi/il-parti l-oħra. Fil-każijiet l-oħra, id-Dikjarazzjoni tal-Istat Ċivili kompluta għandha tiġi ppreżentata.
  • Il-Formola Declaration of Ownership f’forma Individwali jew Body Corporate, skond il-każ, għandha tiġi ffirmata minn min qiegħed jakkwista fl-uffiċini ta’ Transport Malta, il-Marsa jew quddiem Kummissarju b’setgħa li jagħti ġurament jew Uffiċjal Konsulari ta’ Malta. Fil-każ ta’akkwist minn individwi, il-Karta ta’ l-Identità jew il-Passaport, u dokumentazzjoni ta’ residenza fejn applikabbli, għandhom jiġu ppreżentati. Fil-każ ta’ akkwist minn entità, l-istatut tal-entità għandu jiġi ppreżentat flimkien ma dokumentazzjoni li turi li l-firmatarju huwa awtorizzat jiffirma f’isem l-entità.
  • Talba għat-tibdil fl-isem tal-bastiment (jekk ikun il-każ) għandha tiġi ffirmata minn min qiegħed jakkwista. L-aċċetazzjoni tal-isem hija soġġetta għall-approvazzjoni tad-Direttorat.
  • Iċ-Ċertifikat tar-Reġistru u ċ–Ċertifikati l-oħra ta’ Tiġdid tar-Reġistrazzjoni jekk ikun il-każ, għandhom jiġu rritornati.
  • L-ammont ta’ € 250 għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment tal-proprjetà ghandu jitħallas.

Trasferiment ta’ proprjetà ta’ bastiment għandu jiġi rreġistrat fid-Direttorat tal-Merchant Shipping tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, Hal-Lija waqt il-ħinjiet tal-uffiċju, mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra Festi Nazzjonali u Pubbliċi) mit-08:00 ta’ filgħodu sal-11:45 u minn 12:30 sal-16:00 ta’ wara nofsinhar.

Din il-lista għandha sservi ta’ Gwida. Għandu jingħad ukoll li f’ċirkustanzi partikolari jistgħu jintalbu dokumenti oħra jew kjarifiċi, skond il-każ.

F’każ ta’ diffikultà jew ħtieġa ta’ aktar informazzjoni jew kjarifiċi, l-pubbliku huwa mitlub li jikkuntattja d-Direttorat tal-Merchant Shipping qabel ma’ jitlob ir-reġistrazzjoni ta’ trasferiment ta’ pleasure yacht jew bastiment tas-sajd.

Transport Malta
Merchant Shipping Directorate
Malta Transport Centre
Hal Lija LJA 2021
Malta

 

Tel: +356 21250360
Fax: +356 21241460
Email: mershipmalta.tm@transport.gov.mt