Stqarrija Għall-Istampa
09 ta’ Ġunju 2015
Xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq wiċċ it-triq fil-bypass ta’ Birkirkara
Transport Malta tavża li ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’diversi partijiet fi Triq Dun Karm fil-bypass ta’ Birkirkara, direzzjoni minn Ħal Lija għal Belt Valletta. Ix-xogħlijiet ser jibdew il-lejla sa nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2015 bejn id-0900 ta’ billejl u s-0600 ta’ filgħodu.
L-aċċess lejn iċ-ċentru tal-Iklin minn Triq Geronimo Abos u l-aċċess lejn l-isptar Mater Dei ser jibqa’ miftuħ.
Trasport pubbliku:
Mhux ser ikun servizz ta’ trasport pubbliku fi Triq Dun Karm mill-Iklin direzzjoni lejn l-isptar Mater Dei nhar l-Erbgħa 10 ta’ Ġunju mill-1030 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.
Mhux ser ikun hemm servizz ta’ trasport pubbliku fl-interchange tal-universita’ nhar il-Ħamis 11 u l-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju mill-1030 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.
Google Maps
Press Release
09th June 2015
Road surface repairs in Birkirkara Bypass
Transport Malta notifies that road surface repairs will be carried out in various parts of Triq Dun Karm in Birkirkara bypass direction from Ħal Lija to Valletta. Works will start tonight until Friday 12th June 2015 at night between 21:00hrs and 06:00hrs.
Access to Iklin centre through Triq Geronimo Abos and access to Mater Dei hospital will not be obstructed.
Public Transport:
Bus service in Triq Dun Karm from Iklin direction to Mater Dei hospital will not be provided on Wednesday 10th June from 22:30hrs onwards.
Bus service at the University Interchange will not be provided on Thursday 11th & Friday 12th June from 22:30hrs onwards.
Any inconvenience is regretted.
Google Maps