Stqarrija Għall-Istampa
17 ta’ Awwissu 2015
Festa li ser tiġi ċċelebrati f’Ħaż Żabbar
Transport Malta tavża li llum bejn il-0500 u is-0700 ta’ filgħaxija, Triq il-Labour kantuniera ma’ Triq Bajada ser tkun magħluqa għat-traffiku għal raġuni ta’ sigurta’ minħabba li ser jittella’ arblu kbir b’konnessjoni maċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja.
Il-karozzi lejn u miċ-ċentru ta’ Ħaż Żabbar ser jgħaddu minn Triq il-Kunsill tal-Ewropa. L-aċċess mill-bypass ta’ Marsaskala ser jibqa’ miftuħ.
It-trasport pubbliku mhux ser jiġi affettwat iżda l-aċċess ser ikun ikkontrollat mill-uffiċċjali tat-traffiku.
Transport Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.
Informazzjoni Addizzjonali:
Google Maps
Press Release
17 August 2015
Feast Celebration in Ħaż Żabbar
A large flag pole will be put up today in Ħaż Żabbar in connection with the celebration of the feast of Our Lady of Graces. For safety reasons, Triq il-Labour corner with Triq Bajada will be closed to vehicular traffic between 17:00hrs and 19:00hrs.
Vehicular traffic to and from Ħaż Żabbar centre will be diverted onto Triq il-Kunsill tal-Ewropa. Access to Marsaskala through the bypass will remain.
Public Transport will not be affected but access will be supervised by the Traffic Control Officers.
Any inconvenience is regretted.
Google Maps